Il-preżentatur ta' Araniissa, Joseph Chetcuti għandu ħafna affarijiet li ma konniex nafu bihom! Dawn kollha ser nippublikawhom f'intervista li ser tiġi ppublikata nhar l-Erbgħa fil-GWIDA. Waħda mill-affarijiet li ftit nies jafu hi li Joseph għandu ombrofobija! Għal min qed tistaqsi xi tkun ... 

Ombrofobija hija l-biża' mix-xita qawwija u sajjetti. Joseph qalilna li din il-biża tieħdu għal esperjenza qarsa li kienet ġratlu meta kien żgħir. Joseph jgħidlna li ..."Nitwewer minnha għax tfakkarni f'episodju ikraħ".

Iżda ħaġa tal-iskantament hi li Jospeh ma jorqodx filgħaxija jekk ma jismax l-ħoss tax-xita u r-ragħad! "Meta tintefa l-mużika mal-lejl ġieli nqum u nixgħela għax biha nħossni trankwill". 

Din hi ħaġa komuni ħafna għal nies li għandhom ombrofobija, speċjalment dawk li l-biża tagħhom tkun ġejja minn episodju partikolari. Int tibża mix-xita jew le?


Anthony Baldacchino