Net Television permezz tal-paġna tagħhom ħabbru li Josef Bonello ħa jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni lokali. Konna ilna xi ftit ma narawh lil dan il-preżentatur maħbub u ċertament li s-segwaċi ta' Net TV ħa jieħdu gost bih.

Il-paġna ħabbret, "Ritorn ukoll għal Josef Bonello fuq Net Television bi programm ta’ 90 minuta mxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bl-isem ta' Ġimgħa B'Ġimgħa. Dan il-programm iwassal kontenut varjat u informattiv għat-telespettaturi tagħna dwar realtajiet u temi ta’ kuljum li jkunu diskussi ma' persuni kwalifikati li jipprovdu l-pariri professjonali fil-qasam tagħhom."

Il-programm Ġimgħa B'Ġimgħa ħa jibda jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-16:20 fuq Net Television. Aħna nawguraw lil Josef u lill-preżenetaturi kollha li ħa jkunu qed iżommu kumpanija lit-telespettaturi tul din l-iskeda li ġejja. 

Facebook / Josef Bonello


Emil Calleja Bayliss