Ħareġ l-ewwel filmat tad-drama ġdida li se nkunu qed insegwu minn Ottubru li ġej fuq ONE! Din is-serje ġġib l-isem ta’ ‘Elf Metodu’!
‘Elf Metodu’ se jkun maqsum fuq tlettax-il episodju u l-ġeneru tiegħu huwa komiku. F’din id-drama se nkunu qed naraw diversi atturi bravi, fosthom Sandra Davis, Jean Pierre Cassar, Louise Doneo u Christine Francalanza, fost l-oħrajn.
Il-preparamenti għal din id-drama l-ġdida ilhom għaddejjin tul dan is-sajf. Imma se jkollna nistennew s’Ottubru biex nibdew naraw din is-serje! komika!
Facebook / Elf Metodu