John jgħid li ħuħ Carmel minn dejjem kien differenti, bil-kuntrarju ta' ħutu li huma mwielda ġewwa l-Imdina, Carmel twieled ir-Rabat fid-29 ta' Frar. Anke għeluq sninu kull erba' snin! Hu jgħid li meta kien għadu żgħir sħabu kienu jgħajruh li mhux vera għeluq sninu, anke meta kienu jieħu xi kejk l-iskola.

Hu jgħid li l-iskola kien jobgħodha imma mbagħad jistqarr li kien iħobb jaqra u dan għenu sabiex illum il-ġurnata jitkellem erba' lingwi. John, ħuh il-kbir jgħid li Carmel kien imqareb ħafna imma jixħet il-ġebla u jaħbi idu. John jgħid li ħuh kien jitkeċċa apposta mill-klassi sabiex imur jilgħab bil-ballun, kien jagħmel dan billi joħroġ jiekol il-kolazzjon quddiem l-għalliem.

John ikompli jgħid li ħuħ kien jaf kif juża s-simpatija tiegħu sabiex ta' tifel li hu jakkwista. Carmel jirrakonta dwar it-tfulija sabiħa tiegħu, kif ukoll jitkellem dwar il-karriera tiegħu. 

Niskata


Emil Calleja Bayliss