Għal dawk li forsi ma jafux, ilbieraħ saret dawra bil-muturi madwar Malta. John Bundy kien wieħed minn dawk li ħadu ħsieb din l-attività, hu wera s-sodisfazzjon tiegħu li kollox mar b'wiċċ il-ġid u l-attività kienet ta' suċċess.

Ritratt: Facebook / John Bundy

John kiteb: "Is-sejħa li għamilna lil Bikers Maltin sabiex jgħinu lil Marigold Foundation ikomplu bil-ħidma tagħhom fost dawk milquta bil-kanċer intlaqet bil-kbir. Mijiet ta' sewwieqa tal-muturi ingħaqdu flimkien għal Pink October Bike Ride 2019".

Ritratt: Facebook / John Bundy

Hu ħa l-opportunità jirringrazzja lil Pamela Seychell li ħadmet miegħu biex din l-attività ssir u barra minn hekk għadda r-ringrazzjamenti tiegħu lil diversi nies li kienu involuti u għenu b'xi mod jew ieħor fosthom il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, Transport Malta, LESA, l-ambulanza Mater Dei u Lawrence Debono.

Ritratt: Facebook / John Bundy

Irringrazzja wkoll lid-drone masters James Caruana u George, lil Joseph Cassar u Joe Camenzuli li ħadu ħsieb il-ġbid tar-ritratti, il-Bikers for Charity u t-tim kollu ta' Marigold Foundation. Itemm jirringrazzja lis-sewwieqa kollha tal-muturi li ħadu sehem f'din l-inizjattiva ħelwa.

John itemm billi jgħid: "Ħbieb, xhur ta' ħidma issarfu f'suċċess u dan hu dak li jagħmilna Maltin. Grazzi." Aħna f'isem Gwida.mt ngħidu prosit lil kulħadd ta' din l-inizjattiva li grazzi għas-sewwieqa kollha kienet waħda ta' suċċess.


Emil Calleja Bayliss