Għal sena oħra l-preżentatur John Bundy tana skeda ta' programmi mill-isbaħ waqt Bundytime, fejn laqqagħna ma' tant personalitajiet lokali li żgur mhux forsi kulħadd ħa gost jisma' mingħandhom. Sirna nafuhom aħjar kif ukoll smajna b'xi episodju minn ħajjithom li ma jinsewx!

Nhar il-Ħadd li għadda, John xtaq juri l-apprezzament tiegħu għal kull min segwa b'mod konsistenti l-programm u tella' filmat jirringrazzja lill-poplu. U issa ħabbar li fl-iskeda tas-sajf it-telespettaturi għandhom iċ-ċans li jerġgħu jgħixu l-mumenti umoristiċi u interessanti ta' Bundytime, hekk kif ser jintwerew repetizzjonijiet tat-tieni skeda.

"Repetizzjonijiet tal-programmi ta' Bundytime ta' din l-iskeda ħa jixxandru fuq TVM kull nhar ta' Tlieta, Ħamis, u Sibt fid-21:00! Repetizzjonijiet jibdew mil-lejla!," jikteb it-tim ta' Bundytime. 

Ser tkunu qed issegwu?!

Facebook/ Bundytime


Kyle Zarb