Minkejja li għadna f'April, il-PBS għadu kif ħabbar ir-regoli tal-Malta Junior Eurovision Song Contest. Din id-darba, il-festival ħa jittella' kemxejn differenti mis-soltu u ħa jkun qed jagħti ċ-ċans lil 24 artist li jipparteċipa fl-għażla għal dan il-festival prestiġjuż.

Tul dawn l-aħħar tliet snin, is-selezzjoni Maltija ffukat fuq l-għażla tal-kanzunetta iżda din is-sena ħa jinbidel il-format tal-kompetizzjoni u l-għażla ħa tkun qed issir għall-kantant. 24 kantant ħa jiġu magħżula minn dawk kollha li japplikaw.

Il-kantanti li jaslu sas-semifinali imbagħad ħa jikkompetu għall-post fil-finali. 12-il kantant ħa jkun qed jikkompeti biex jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest. L-għażla ħa tkun qed isir b'80% tal-vot ikun minn ġurija professjonali u 20% tal-vot ikun mill-vot tal-pubbliku.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lill-kantanti kollha li mħajrin jidħlu għal din l-avventura. Għal aktar dettalji dwar x'wieħed għandu jagħmel biex japplika u jieħu sehem, wieħed jista' jagħfas HAWN.


Emil Calleja Bayliss