Ilbieraħ ħarġu r-regolamenti ta' L-Għanja tal-Poplu 2025. It-tim ta' dan il-festival prestiġjuż, li wasal għad-49 edizzjoni tiegħu, iħħajjar lill-awturi, kompożituri, gruppi, kantanti u kantawturi jieħdu sehem bil-kanzunetti tagħhom.
Is-sottomissjonijiet tal-kanzunetti ser ikunu qed jintlaqgħu sa nofs April li ġej. Is-serata ser tittella' nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu 2025 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Biex taqra r-regoli għandek tidħol fis-sit uffiċjali HAWN
