Il-MPE Alex Agius Saliba kellu jitla' Brussell sabiex ikompli bil-laqgħat tal-parrlament. Kull ġimgħa dejjem kien jinżel lura Malta biex ikollu ħin mal-familja tiegħu. Kien beħsiebu jirritorna Malta l-Ħamis iżda sfortunatament Malta tpoġġiet fil-lista l-ħamra minħabba l-pandemija.

"Kien ikolli ġenn doppju sabiex nhar ta' Ħamis filgħaxija nerġa' nara ftit lil binti Amelia. Din il-ġimgħa kelli nibqa' Brussell" iħabbar Alex f'kitba fuq il-paġna tiegħu. Kieku Alex niżel Malta ma kienx jitħalla jerġa lura fil-Parlament Ewropew l-ġimgħa ta' wara minħabba r-restrizzjonijiet.

Il-Ġimgħa d-dieħla għal Alex hija ġimgħa importanti hekk kif nhar it-Tnejn ser jittieħed vot importanti fuq rapport li ilu jaħdem xhur sħaħ. "Paċenzja jkolli nistenna ġimgħa oħra biex nerġa' nara l-mara u liż-żgħira" jagħlaq Alex.

Kuraġġ Alex u grazzi tax-xogħol tiegħek għall-pajjiżna. 


Anthony Baldacchino