Gary, missier ta’ 6 itfal, jaqta xewqtu li jiżżewweġ lil Laura, l-imħabba ta’ ħajtu fuq is-sodda tal-mewt tiegħu l-isptar, sigħat biss qabel ma’ kanċer tal-pulmun ħadlu ħajtu.
Il-koppja kienu ppjanaw il-ġurnata tat-tieġ tagħhom is-sena d-dieħla iżda xahar biss ilu ħadu l-aħbar kerha li ma kienx fadallu wisq ħajja.
It-tobba tawh biss ftit jiem ta’ ħajja hekk kif il-kanċer kien fi stadju aggressiv. Iżda hu ma ħalliex dan iwaqqfu milli jingħaqad fiż-żwieġ mal-maħbuba tiegħu.
Wara ċ-ċeremonja li saret fuq is-sodda tal-isptar ta’ Gary, li inkludiet ikla żgħira fl-isptar stess ma’ ftit mistednin, Laura baqgħet iżżomm idejn ir-raġel tagħha sa ma ħa l-aħħar nifs tiegħu 7 sigħat biss wara.
Laura qalet li t-tnejn l’huma ħasbu li ser ikollom aktar żmien flimkien iżda ma kellux ikun. Malli ndunaw bil-gravita tas-sitwazzjoni l-infermiera tal-isptar għenu sabiex jorganizzaw iż-żwieġ tagħhom. Laura u ommha marru xtraw iċ-ċrieket sakemm l-infermiera rnexxilhom iġibu liċenzja matrimonjali speċjali u qassis li jista jżewwiġhom.
F’temp ta’ siegħa, madwar 25 membru tal-familji ta’ Gary u Laura ingħaqdu fil-kamra tal-isptar għaċ-ċeremonja. Laura tisqarr li kienet tinħass li kulħadd ingħaqad biex isellem lil Gary għall-aħħar darba.
Laura tagħlaq billi tgħid:
Kien raġel tal-ġenn u kburija li kont il-mara tiegħu.