Iż-żewġ kumpaniji li joffru s-servizz tal-fast ferry għall-vjaġġi bejn Malta u Għawdex ħabbru li waqfu s-servizz tagħhom minħabba l-maltemp li jinsab għaddej bħalissa.

Il-Virtu Ferries waqfu s-servizz għal kollox għal-lum u l-Gozo Fast Ferry ħabbru li twaqfu l-vjaġġi mill-Imġarr Għawdex għall-Belt Valletta tal-5:45pm, tas-6:45pm u tat-7:45pm. Twaqqaf ukoll il-vjaġġ tas-6:45pm mill-Belt Valletta għall-Imġarr.

Importanti li wieħed isegwi l-paġni ta’ dawn il-kumpaniji għal aktar aġġornamenti.

Facebook / GozoFast Ferry


Henzley  Bezzina