Steven Dalli li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-produzzjonijiet televiżivi tella' ritratt fuq facebook fejn qal li llum kienet l-aħħar sessjoni ta' 'filming' tas-sensiela L-Għarusa.

"Issa jmiss lill-edituri li jagħmlu l-muntaġġ huma u jtemmu dak li bdejna", kiteb Steven.

Dlonk bdew deħlin il-kummenti fejn il-pubbliku jinsab ħerqan li jsegwi l-aħħar 3 puntati minn din is-sensiela li kellha tieqaf ħesrem minħabba l-pandemiaj ta' Covid-19.

Awguri lilkom mingħand it-tim kollu ta' Gwida.mt.

Ritratt: Facebook/ Steven Dalli


Clifford Galea