Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Replay (Net Television) fuq Facebook ġie żvelat kif ix-Xewkija Tigers F.C. “lagħbu 45 minuta bi plejer inqas, minħabba tkeċċija, imma spiċċaw il-logħba bi 11-il plejer”.

Il-plejer li oriġinarjament tkeċċa kien Rodney Buttigieg. Iżda hekk kif inqala’ battibekk waqt il-logħba, daħal jilgħab Manuel Scerri nkiss nkiss. Dan irriżulta bit-tim jispiċċa l-logħba “bi plejer iktar milli suppost.”

football

Il-kummenti li rċieviet din l-aħbar huma ta’ min ixerridhom. Wieħed Mario Aquilina qal: “Meta konna nilgħabu fl-għalqa quddiem nannti 30 sena ilu konna iktar serji.”

football

Markus Miccoli Marks żvela li “Lanqas meta konna nilgħabu fit-triq ma kien jiġri hekk għax kif jidħol wieħed żejjed inqattawh lol.” Iżda Fabian Catania stqarr li “fl-għalqa tal-mużew konna nagħmlu hekk… daqs 35 sena ilu.”

Facebok/Replay (Net Television)


Nicole Barbara