Illum il-paġna 'Saħħa' irrapurtat b'mod uffiċjali li żiedu b'21 il-każijiet ta' Covid-19 f'Malta. B'hekk f'Malta għandna 171 każ attiv ta' Coronavirus. Ilbieraħ saru 1,748 test u minnhom ħadd ma nstab li fieq mill-Covid-19.

Il-maġġoranza tal-każijiet huma kuntatti ta' dawk il-każijiet pożittivi li tħabbru. 2 każijiet ġew importati minn barra. Il-maġġoranza tal-każijiet huwa taħt l-età ta' 35 sena, każ wieħed biss hu ta' persuna ta' 80 sena. 3 każijiet ġodda huma ta' immigranti li kienu diġà kwarantina. 

L-awtoritajiet tas-saħħa jkomplu jappellaw sabiex kull min qed iħoss xi sintomu jċempel 111 ħalli jagħmel it-test. 


Anthony Baldacchino