Ftit tal-minuti ilu għadhom kif tħabbru s-16-il kanzunetta finalista tal-44 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu. Din is-sena, b'differenza, il-festival se jsir għat-televiżjoni u jixxandar nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru. B'hekk, it-telespettaturi ser ikollhom xalata ta' kanzunetti oriġinali bil-Malti b'temi li jolqtuna.

L-għażla tas-16-kanzunetta finalista minn 80 kanzunetta saret minn żewġ ġuriii professjonali komposti minn Profs Manwel Mifsud, is-sur Trevor Zahra, is-sur Walter Micallef, is-Sinjura Anna Borg Cardona, is-Sur Noel D’Anastas, is-sur George Cassola, Dr Corazón Mizzi u s-sur Justin Galea.

Dawn huma isem il-Kanzunetta – Kantant/a (Awtur, Kompożitur):

  • Anġli Żgħar – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
  • F’Dirgħajk – Jean Claude Vancell (Kantawtur)
  • Fittixtek – Ruth Portelli (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
  • Ftakru – Charisse Ann Vassallo (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
  • Ħass u Basal – Kemmuna Airways (Rita Pace)
  • Il-Fqir – Catriona Brincat u Mario Debono (Mario Debono – Kantawtur)
  • Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur – Charlene Mercieca Magro (Rita Pace)
  • Jien u Int – Marilyn Aquilina (Kantawtriċi)
  • Mediterran – Amber Marie Coleiro (Joe Julian Farrugia, Andrew Zammit)
  • Minn Taħt l-Ilsien – Amber Grace (Rita Pace, Marco Debono)
  • Missier Aħfrilhom – Christabelle Scerri (Rita Pace, Augusto Cardinali)
  • Mobile – Natalie Naudi (Kantawtriċi)
  • Normalità Ġdida – Jamm Band (Mark Cachia – Kantawtur)
  • Professuri – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Rachel Lowell, Philip Vella)
  • Sakemm Sibt Garaxx – Sarah Micallef Muscat (Frederick Camilleri, Augusto Cardinali)
  • Sant’Antnin – Rita Pace (Kantawtriċi)

L-44 edizzjoni tal-festival hi organizzata mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.

Prosit tassew lill-organizzaturi u awguri lill-kantanti kollha flimkien mal-awturi u l-kompożituri!

Ritratt: Marie Claire Cremona


Clifford Galea