Minn 111 kanzunetta sottometti, il-kumitat tal-Għanja tal-Poplu permezz ta’ ġurija professjonali niżżel il-kanzunetti għal 42. Fil-fażi li jmiss, li se ssir fit-12 u 13 ta’ Ġunju, il-kanzunetti jitkantaw lajv quddiem sett ta’ ġurija oħra u minn hemm il-ġurija tagħżel il-finalisti. Il-festival mistenni jittella’ fil-31 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal.

  • Aħna l-Maltin
  • Bejn L-Erba’ Ħitan
  • Bħad-Deheb
  • Bizzilla
  • Dawl Għajnejja
  • Din Għalik
  • Dmugħ Iswed
  • Fejn Ma Jasalx Il-Kliem
  • Fil-Ħoġor Tat-Tieqa
  • Fil-Klassi
  • Għadu Mhux Il-Waqt
  • Għallimtni
  • Ħallini Nħobbok
  • Id-Ditta Tal-Ġlekk
  • Il-Verita’
  • Imma Qatt Ma Wasalt
  • Int Biss
  • Int u Jien 
  • Ix-Xemx Għaddejja
  • Jekk Tafx Min Jien 
  • Jien, L-Ilsien Malti
  • Kemm Xtaqt
  • L-Isbaħ Fjura (Nr. 98)
  • Ma Tridx Tara Kbir
  • Mhux Li Kien
  • Minn Għada
  • Minn Kajfas Għal Għand Pilatu
  • Mobile
  • Misraħ Ġawhra 
  • Omm Ta’ Veru
  • Ottimista
  • Pjazza Ġdida
  • Roulette
  • Sakemm Sibt Garaxx
  • Siġra
  • Sindikajra
  • Tfewwaħ
  • Tir
  • Vuċijiet
  • Waħdi
  • Wiċċ Il-Ktieb
  • X’Festa

Il-festival tas-sena li għaddiet intrebaħ mill-kantanta żgħażugħ Michela Galea bil-kanzunetta Mhux Kulma Ma Jleqq Deheb. Din kienet proprju t-tielet darba li l-kantanta ħadet sehem f’dan il-festival prestiġġjuż. Donnu kif jgħidu... fuq tlieta toqgħod il-borma! Tgħid min ħa jkun ir-rebbieħ tal-edizzjoni li jmiss?

Facebook / L-Għanja Tal-Poplu


Emil Calleja Bayliss