Jidher li llum pajjiżna se jintlaqat minn maltempata kbira hekk kif il-paġna Malta Weather ħabbret fuq Facebook dan l-avviż. Il-maltempata jidher li se ġġib magħha l-għarar u riħ qawwi ta’ Forza 8, b’possibilità ta’ silġ.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Virtu Ferries Ltd. tħabbar ukoll kif żewġ vjaġġi li kellhom isiru llum ġew ikkanċellati għas-sigurtà tan-nies.
Huwa tajjeb li f’dawn iż-żminijiet wieħed joqgħod ftit iktar attent u jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.
Naturalment, xi traffiku iżjed mis-soltu jaf jinħoloq ukoll. Tajjeb li naħsbu minn qabel jekk inkunu sejrin xi mkien.
Facebook/It-Temp Madwarna