Anzjan ta’ 68 sena għadu kif tilef ħajtu waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess.

Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.


Nicole Barbara