Naħseb l-uniku Maltin li ma jafux li lbieraħ inqata’ d-dawl ma’ Malta kollha huma dawk li bħalissa m’humiex qegħdin fil-pajjiż. Kulħadd ġie affetwat b’xi mod jew ieħor, inkluż il-kantant Kurt Calleja.

View this post on Instagram

A post shared by Kurt Calleja (@kurt_calleja) on

Kull min isegwih jaf li apparti l-kant, Kurt għandu ħafna għal qalbu t-tisjir. Fil-fatt kien wieħed mix-xogħlijiet tiegħu qabel ma’ sar kantant. Wieħed mill-pjanijiet tiegħu tal-bieraħ filgħaxija kien li jsajjar majjalata… iżda ara xi ġralu.

Spiċċa b’kollox kiesaħ u nofs sajran! Naħseb mhux hu biss ġralu hekk, għax tgħidx kemm smajt nies igorru li reġa’ nqata’ d-dawl.

Facebook/Kurt Calleja


Nicole Barbara