Il-virus bl-isem ta' Hantavirus mhux xi virus ġdid, iżda fuq il-mezzi soċjali madwar id-dinja qajjem ħafna interess hekk kif tħabbar li ġewwa ċ-Ċina, persuna li kienet fuq it-trasport pubbliku mietet b'dan il-virus.

Tajjeb li ngħidu li oppost tal-Covid-19 jew aħjar il-Coronavirus, it-trasmissjoni bejn il-bnedmin hija rari iżda l-hantavirus joqtol 38 fil-mija tal-vittmi. Wieħed jista' jieħdu dan il-virus mill-ħmieġ, il-bżieq, l-awrina u l-gdim ta' xi ġurdien jew far infettat.

View this post on Instagram

A post shared by Lyn (@aurora_rattery) on

L-esperti żguraw lill-pubbliku li dan mhux virus ġdid u huwa maħsub li jgħaddi biss minn bniedem għal bniedem f'ċirkostanzi rari, mhux bħal Covid-19, li qanqal pandemija. Ix-xjentist Żvediż Dr Sumaiya Shaikh twitja: "Il-Hantavirus ħareġ l-ewwel fl-1950 fil-gwerra Amerikana-Koreana fil-Korea.

"Tifrex mill-far/il-ġrieden jekk il-bnedmin jikkunsmaw il-fluwidi tal-ġisem tagħhom. It-trasmissjoni umana-umana hija rari. M'għandekx għalfejn toħloq paniku, sakemm ma tippjanax li tiekol xi far."

Is-sintomi huma notevolment simili għal dawk preżenti f'pazjenti li jiġġieldu Covid-19 u jinkludu nuqqas ta' nifs, sogħla, uġigħ ta' ras u deni. Ma għandekx għalfejn tinkwieta fuq dan il-virus li tfaċċa ġewwa ċ-Ċina.

Instagram / ratfrance2.0


Emil Calleja Bayliss