Lost & Found, festival li jsir kull sena f’Malta, ġie mħassar għal din is-sena u jekk dejjem jippermettu l-affarijiet se jsir fl-2022.
Dan ġie mħabbar fuq il-paġna uffiċjali tal-festival fejn qalu li jinsabu b’qalbhom maqsuma għax mhux se jkunu qed jilqgħu lil dawk li jattendu għall-festival f’Malta. Qalu wkoll li Lost & Found ġie mħassar minħabba l-inċertezza li hawn bħalissa dwar l-ivjaġġar u dwar l-attivitajiet tal-massa, li d-direttivi għal dawn għadhom m’humiex ċari.
Dawk kollha li kienu ser jattendu għal dan il-festival se jkollhom il-biljetti trasferiti għad-data tas-sena d-dieħla, fejn mistenni li jsir fl-ewwel erba’ tijiem ta’ Ġunju.