Is-semi-finalisti tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 ġew imħabbra! B’24 kanzunetta, din is-sena l-kompetizzjoni qed twiegħed spettaklu mill-aqwa ġot-tinda tal-MFCC, Ta’ Qali. Is-semifinali se jsiru fil-4 u 6 ta’ Frar, filwaqt li l-finali se ssir fit-8 ta’ Frar 2025.
Din is-sena ħa naraw taħlita ta' talenti. B'uċuħ familjari, filwaqt li oħrajn ġodda. Dan ifisser li se nkunu qed nassistu għal spettaklu mill-aqwa fejn se naraw artisti ġodda jimpressjonaw.
L-24 Semifinalist huma dawn li ġejjin:
- "Magnolia" – Alexandra Alden (Swalifikata)
- "Għażliet" - Dario Bezzina ft. Zeppi Il-Muni
- "365" – Kelsey Bellante
- "Heaven Sent" – Kristy Spiteri
- "AZIZ/A" – Kurt Calleja
- "Kant" – Miriana Conte
- "Hideaway" – Mark Anthony Bartolo
- "Concrete" – Nathan Psaila
- "Breaking the Cycle" – Miguel Bonello
- "Control" – Matthew Cilia
- "Te Amo" – Dre’ Curmi
- "Yo Listen" – Martina Borg
- "LalaRataTakeke LalaRataKabum" – Kantera
- "Still I Rise" – Justine Shorfid
- "Rubble & Stone" – The Alchemists
- "Unheard" – Krista Šujak
- "Love Me Loud" – Kelsy Attard
- "Festa (No Time for Siesta)" – JVF (Jessika, Victorio, Fabrizio)
- "Wildflower" – Marie Claire
- "Miegħek Biss" – Kurt Anthony Cassar
- "Silenced" – Raquela Dalli
- "Lablab (Talk Talk)" – Stefan Galea
- "Qalb ma’ Qalb" – Adria Twins
- "Whistleblower" – Haley Azzopardi
- "Juno" – Victoria Sciberras
Din is-sena, il-Malta Eurovision Song Contest se jwassal taħlita perfetta ta’ artisti stabbiliti u oħrajn b’talent ġdid. Kurt Calleja, li rrappreżenta lil Malta fl-2012, qed jerġa’ lura bil-kanzunetta enerġetika tiegħu AZIZ/A. Fabrizio Faniello, li rrappreżenta lil Malta fl-2001 u fl-2006, qed jingħaqad ma’ Jessika, li rrappreżentat lil San Marino fl-2018, u ma’ Victorio Gauci għall-kanzunetta Festa (No Time for Siesta).
Il-ġurija ta’ X Factor Malta, Alexandra Alden, se tkun qed tieħu sehem għall-ewwel darba fil-festival bil-kanzunetta Magnolia. Kantera, magħrufa għas-suċċess tagħhom f’Mużika Mużika tal-2021 / 2022 u 2024, se jkunu wkoll parti minn dan il-festival bil-kanzunetta LalaRataTakeke LalaRataKabum.
Il-kantanta li ġiet fit-tieni post tat-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta, Justine Shorfid, ukoll qiegħda fis-semifinali bil-kanzunetta Still I Rise.
Jirritornaw uċuħ mis-snin l-imgħoddija:
- Kelsey Bellante b’365
- Miriana Conte b’Kant
- Mark Anthony Bartolo b’Hideaway
- Nathan Psaila b’Concrete
- Miguel Bonello b’Breaking the Cycle
- Raquela Dalli b’Silenced
- Stefan Galea b’Lablab (Talk Talk)
- Haley Azzopardi b’Whistleblower
Filwaqt li jingħaqdu talenti ġodda li qatt ma rajniehom f'dan il-festival qabel:
- Kristy Spiteri b’Heaven Sent
- Kelsey Attard b'Love Me Loud
- Matthew Cilia b’Control
- Dre’ Curmi b’Te Amo
- Martina Borg b’Yo Listen
- Krista Šujak b’Unheard
- Kurt Anthony Cassar b’Miegħek Biss.
Din is-sena ser naraw ukoll żewġ bands lokali:
- The Alchemists b’Rubble & Stone
- Adria Twins b’Qalb ma’ Qalb.
B’tant talent, ġeneri u stili differenti, il-Malta Eurovision Song Contest 2025 wiegħed li jkun spettaklu memorabbli. Min se jasal sal-finali? U min se jirrappreżenta lil Malta fl-Eurovision?