Sfortunatament tliett ijiem ilu fil-11 ta’ Awwissu, bosta fuq Facebook esprimew ix-xokk tagħhom għat-telfa ta’ Tracy Vella, li għandha 32 sena u hija omm ta’ tifla.  Tracy ħallietna l-Erbgħa filgħaxija u kienet għadha kemm tagħlaq sninha nhar it-Tlieta 2 ta’ Awwissu.

Dawk kollha li ħallew messaġġ fuq il-profil ta’ Tracy ddiskrevewha bħala “ħabiba sinċiera” b’”qalb tad-deheb” b’karattru li kull fejn tkun toħloq il-ġenn u l-istorbju.  

Ilbieraħ tħabbru d-dettalji tal-funeral ta' Tracy. L-aħħar tislima ser tingħata lill-omm ta' 32 sena nhar it-Tlieta 16 t'Awwissu fl-16:00 ġewwa l-Knisja ta' San Ġorġ Ħal Qormi. 

Kondoljanzi mill-ġdid lill-familjari, ħbieb u qrabat kollha. Strieħ fis-sliem għażiża. 


Kyle Zarb