Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-attur lokali Victor Grech, li ġie nieqes fl-età sabiħa ta' 96 sena. It-tifel tiegħu, Josef N. Grech qasam li l-aħħar tislima lil missieru se tingħata proprju nhar il-Ġimgħa 20 ta' Jannar fit-8:30 ta' filgħodu fil-Knisja tal-Karmelitani fil-Balluta.

Il-lokalità li Victor u Mary għexu fiha tul is-snin. Ibnu Josef kiteb, "Int kont miegħi meta twelidt u jien kont miegħek meta wasal iż-żmien li titlaq. Qsamna ħafna, tajna ħafna u ħabbejna ħafna u dan li se niftakar. Missier dedikat u jgħin lil ħafna, u qatt ma poġġejt lilek innifsek l-ewwel, id-dmir u r-responsabbiltà huma l-valuri li jiġu qabel kollox."

Hu jżid, "Int għallimni kif inkun ġentlom u kif inkun b’saħħti. M'għandix kliem biex nirringrazzjak biżżejjed għal dak kollu li għamilt. Se ngħożż it-tifkiriet u l-ħafna mumenti li qattajna flimkien u nżomm l-imħabba li qsamna f’qalbi, sħuna sal-aħħar tal-jiem tiegħi. Jiena grat għal dejjem talli ġejt imbierek li nkun ibnek. Strieħ fis-sliem Papà, inħobbok."

Hu qasam ritratt li ħadlu proprju f'Settembru li għadda meta Victor għalaq 96 sena. Strieħ fis-sliem għażiż.


Emil Calleja Bayliss