Fuq diversi aħbarijiet internazzjonali tħabbar l-ewwel pajjiż li introduċa kwarantina obbligatorja ta’ 21 jum għall-pazjenti tal-monkeypox peress li każijiet tal-marda qed tinfirex madwar id-dinja.

Fil-fatt l-awtoritajiet tas-saħħa fil-Belġju introduċew il-miżuri nhar il-Ġimgħa wara li l-pajjiż irrapporta t-tielet każ tiegħu. Mit-Tnejn, il-pajjiż irreġistra erba’ każijiet lokali; l-infezzjonijiet globali kkonfermati bħalissa jammontaw għal madwar 100.

Il-miżuri obbligatorji tal-Belġju japplikaw biss għal pazjenti b'infezzjoni kkonfermata. Kuntatti mill-qrib mhumiex meħtieġa li jiżolaw lilhom infushom iżda huma mħeġġa jibqgħu viġilanti, speċjalment jekk ikunu f'kuntatt ma' nies vulnerabbli.

"Persuni infettati se jkollhom imorru f'iżolament sakemm jirkupraw (se jirċievu struzzjonijiet konkreti dwar dan mit-tabib li qed jikkura)," skont stqarrija tal-gvern tradotta mill-Olandiż.

tr

Nhar is-Sibt, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rrappurtat li kien hemm 92 każ fi 12-il pajjiż, u 28 każ ieħor suspettat taħt investigazzjoni. L-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja, l-Isvezja, il-Belġju, il-Portugall u l-Olanda kollha għandhom każijiet ikkonfermati. Sors: CNBC

Aktar kmieni t-tabib Malti u L-MP Malcolm Paul Agius Galea, tkellem dwar din il-marda, u għadda l-parir mediku li, "F'każ ta' sintomi li jistgħu jkunu ta' monkeypox, fittex konferma medika u żomm lilek innifsek bogħod minn ħaddieħor ħalli tnaqqas mill-firxa tagħha. Għalkemm hawn ħafna nformazzjoni fuq din il-marda għaddejja fuq il-mezzi soċjali, tajjeb li wieħed jinforma lilu nnifsu sew u li ma jkunx hawn allarm żejjed."


Kyle Zarb