X Factor Malta għadhom kemm tawna x'nifhmu li daqt se nkunu nistgħu naraw ir-raba' staġun fuq it-televiżjonijiet tagħna.

S'issa għadhom ma tawx ħafna dettalji, la dwar min huma l-ġurija u lanqas dwar meta se jibda l-programm. Għaldaqstant, nistgħu nistennew li se jħabbru dan u aktar fil-ġimgħat li ġejjin.

X Factor Malta huwa l-verżjoni Maltija tal-kompetizzjoni mużikali televiżiva The X Factor, kreata minn Simon Cowell. L-ewwel staġun beda fis-7 ta' Ottubru 2018. F'dak l-istaġun u ta' wara, il-kompetizzjoni wasslet biex tintgħażel ir-rappreżentatriċi ta' Malta fil-Eurovision tal-2019 u l-2020, ċjoè Michela u Destiny, rispettivament. 

F'Lulju tal-2020, tħabbar li se jieħu post dan il-programm Malta's Got Talent, iżda wara pawża ta' sena, beda t-tielet staġun ta' X Factor Malta f'Ottubru 2021. Ir-rebbieħ tas-sena li għaddiet kien Ryan Hili.

Facebook / X Factor Malta


Bradley Cachia