Ir-ritratt ta’ dan il-kelb jistenna lil sidu jirritorna fejn is-sodda ta’ mewtu, qasam il-qlub ta’ eluf li rawh u xerrduh fuq il-midja soċjali.

Il-kelb f’dan ir-ritratt, Moose, ġie salvat minn North Star Pet Rescue, grupp fl-Istati Uniti li jieħu l-kustodja ta’ annimali vulnerabbli jew li hemm bżonn li jiġu salvati.

Ir-ritratt ittella fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ dan il-grupp ta’ salvataġġ u ġie mxerred aktar minn erbat elef darba.

dog

Il-kustodja ta’ Moose ittieħdet minn grupp ta’ salvataġġ ieħor bit-tama li tinsab dar u familja ġdida għalih. Il-qawwa tal-midja soċjali għamlet xogħla, għaliex jumejn biss wara li ġie mxerred ir-ritratt, Moose ġie addottat mill-familja ideali għalih!

Facebook / @northstarpetrescue


Luke Borg