Kelb mitluf, stenna lil sidu fl-istess punt sakemm reġa inagħqad ma’ sidu.
Ritratti tal-kelb intefgħu fuq il-midja soċjali wara li resident mit-Tajlandja lemħu jiġri fit-triq wara li deher li ġie abbandunat. Dan ir-resident ra mara titma lill-kelb u wara li staqsa fuqu, intqal li ilhu fl-istess post għal 4 snin.
Matul dan iż-żmien rabba kundizzjoni fil-ġilda u rqaq ħafna riżultat ta’ nuqqas ta’ nutrizzjoni. Dan il-kelb tant kien determinat li jerġa jingħaqad ma’ sidu, li l-mara salvatu u ħadithu ġewwa d-dar tagħha u hu spiċċa ħarab biex jerġa jmur fl-istess punt!
L-istorja ta’ dan il-kelb ġriet mal-midja soċjali, sakemm l-aħbar waslet għand il-familja oriġinali li kien joqgħod għanda dan il-kelb u tilfuh 4 snin ilu.
Sid il-kelb tgħid li huma ħaduh magħhom fuq vjaġġ twil biex iżuru xi familjari, iżda meta darba minnom waqfu f’pompa tal-petrol, hu ħarab mill-karozza. Huma ppruvaw ifittxu lill-kelb tagħhom iżda sfortunatament ma rnexxilomx.
Kif tistgħu timmaġinaw il-familja kienu fis-seba’ sema x’ħin saru jafu li l-kelb tant għażiż tagħhom baqa’ jistennihom fl-istess punt li ntilef fih!
Il-perseveranza ta’ dan il-kelb wasslet biex meta l-familja saqu lura lejn l-istess punt li kien qieghed jiġri mal-midja soċjali, ġew magħquda lura f’familja waħda.
Storja oħra li turi kemm dawn il-kreaturi huma leali lejn il-bniedem, tkun xi tkun is-sitwazzjoni.