Illum tista’ tgħid kienet waħda minn dawk il-ġranet fejn għall-ħabta tan-12:30pm malli tħabbru l-każijiet, Malta u Għawdex instamtu. U bir-raġun… għax fil-fatt illum inkiser kull rekord ta’ każijiet pożittivi hekk kif instabu ‘l fuq minn 300 każ.

Il-kunsillier Jurgen Grixti jaqsam kelmtejn fuq il-profil tiegħu b’dieqa u rabja fl-istess ħin minħabba l-fatt li parti minn din il-miżerja li qed inisbu ruħna fiha, jaħtu għaliha għadd ta’ nies irresponsabbli. “Jista’ mhux jigi l-vaċċin. Jekk nibqgħu bla dixxiplina u rispett lejn xulxin lanqas l-ikbar miraklu ma joħroġna minn dil-pjaga!”

Meta ser nifhmu u nitgħallmu kemm hi serja din il-pandemija? Meta nkomplu nisimgħu bl-imwiet?


Kyle Zarb