Dinah Nah, kantanta famuża Svediża stqarret f’sessjoni fuq l-Instagram tagħha li hi rrekordjat żewġ kanzunetti u li waħda minn daż-żewġ kanzunetti ser tiġi kantata fil-Eurovision. Hi żiedet tgħid li din hi waħda mill-aktar diski favoriti li tirbaħ din is-sena.

Ħafna huma l-possibilitajiet li din id-diska li qed tirreferi għaliha Dinah Nah hi fil-fatt ‘Je Me Casse’ li Destiny ser tirrapreżenta lil Malta biha fil-Eurovision ta’ din is-sena. Dan minħabba l-fatt li bħalissa ‘Je Me Casse’ hi d-diska l-aktar msemmija li ser tirbaħ.

Apparti minn hekk, wieħed mill-kittieba ta’ ‘Je Me Casse’ huwa fil-fatt Svediż u veteran tal-Melodifestivalen. Madankollu, għalkemm Dinah Nah jaf rrikordjat xi verżjoni ta’ ‘Je Me Casse’, xorta hi differenti totalment minn dik li ser tkanta Destiny. Partijiet sostanzjali tad-diska ġew addatati apposta għal-leħen uniku ta’ Destiny.

D

Fl-industrija tal-mużika, hi xi ħaġa normali li diska miktuba għal artist tmur għand xi ħadd ieħor. Eżempji ta' dan huwa meta ’Toxic’ ta’ Britney Spears kienet oriġinarjament għal Kylie Minogue, jew meta ‘La Isla Bonita’ ta’ Madonna kienet oriġinarjament għal Michael Jackson.

Awguri Destiny!

Instagram/Dinah Nah


Bernard Xuereb