Il-ħajja tal-lum hija waħda verament mgħaġġla u ħafna nies ftit li xejn isibu ħin għalihom infushom. Jekk int student tkun imħabbat bl-istudji u jekk int ħaddiem tkun imħabbat bix-xogħol tiegħek.

Fuq il-programm Distintivi, ġie diskuss dan is-suġġett tas-saħħa mentali waqt ir-rokna ‘Ħsibijiet ma’ Kurt’.

Kurt qal li għalkemm isiru kampanji dwar is-saħħa mentali li huma ta’ ġid, saqsa jekk aħna hux qed insibu ħin għalina nfusna u jekk inqbadniex f’ġirja kontinwa biex inlaħħqu mal-aspettattivi tagħna.

“Minn dan il-filmat, jekk hemm xi ħaġa li nixtieq noħroġ huwa li aħna ż-żgħażagħ hemm bżonn insibu aktar ħin għalina nfusna."

Hemm ħafna affarijiet li wieħed jista’ jagħmel għas-saħħa mentali tiegħu, bħal xi eżerċizzju fiżiku.

Imporanti li nagħtu kas ta’ din il-problema ta’ saħħa mentali u Kurt jgħidilna li jekk hawn min hu għaddej minn żmien diffiċli, ma jaqtax qalbu.

Facebook / Distintivi


Henzley  Bezzina