Ta' kull sena nkunu qed nistennew dik il-ġurnata meta l-Birgu (Vittoriosa) jimtela' b'mijiet ta' xemgħat imdendlin mad-djar u anke mixħutin fit-toroq biex jagħmlu atmosfera tassew indeskrivibbli!
Il-Birgu by Candlelight se jsir propju illejla, u bħal kull sena nistennew ammont kbir ta' Maltin, u barranin, li jattendu kemm biex igawdu l-atmosfera u anke biex ikunu parti mill-ħafna attivitajiet li l-Kunsill Lokali tal-Birgu jgħoġbu jtella' b'xejn.
Facebook / Birgu By Candlelight
Fost il-ħafna x'tara, se jkun hemm ukoll il-Kavallieri tas-Salib l-Aħdar li se jagħtu wirja spettakolari ta' x'kien isir fi żmien medjevali.
Ma jonqsux ukoll il-mistednin minn barra minn xtutna. Din is-sena, min se jattendi se jara l-grupp mill-Ungeria St. Longinus tűzzsonglőrök - Burning Spear - Tűzvész.
Dan il-grupp jispeċċjaliżża fi ġlied u akrobaziji li jinvolvu n-nar. Għalhekk nistennew xwabel, vleġeg u anke katini kollhom nar. Nisperaw li ħadd minn dawk preżenti ma jersaq viċin!
Facebook / St. Longinus tűzzsonglőrök - Burning Spear - Tűzvész
Ovvjament ma jonqosx li jinfetħu l-mużewijiet u postijiet kulturali kollha kif ukoll kokki u għasafar diversi li n-nies jistgħu anke jżommuhom fuq spallejhom.
Kollox jibda fis-6:30pm. Aħsbulu kmieni ħalli ma tinqabdux fi traffiku żejjed, taqbżilkom u terġgħu lura!
Facebook / Birgufest 2019 - Inside TravelLab