Concetta Zicari hija mara ta’ 38, li f’Marzu li għadda rnexxielha twelled tarbija waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Sfortunatament, il-Covid-19 kien diġà attakalha l-pulmun b’mod gravi u minħabba f’hekk, il-kundizzjoni tagħha baqgħet sejra għall-agħar. Fil-bidu kien jidher li bit-trattament li kienet qed tingħata bdiet sejra tajjeb pero wara ndunaw li l-unika mod kif din setgħet issalva kien billi jsirilha trapjant għal qalbha u l-pulmun, imma din il-ħaġa kienet riskjuża wisq għaliha.

Fl-aħħar sigħat, Concetta ħalliet din id-dinja u ħalliet warajha lit-tifel li weldet ftit tax-xhur ilu u lil żewġha.


Henzley  Bezzina