Illejla waqt KKI Junior li xxandar fuq NET Television u ġie ppreżentat minn Mark Azzopardi u Emma Cutajar, kantaw total ta' 20 finalist/a. Kull kanzunetta kellha l-ispeċjalità tagħha u kellna varjetà kbira ta' stili u vuċijiet.

hg

 Minn dawn l-20 kanzunetti, rebħet Tfixkluniex Tħawduniex ta' Katryna u Rihana fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Kaya.

Ir-rebbieħa tat-televoting kienet il-kanzunetta Nixtieq kantata minn Rihanna Marie fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Marco Debono. Il-kanzunetta Stennew Ftit ta' Eve Tabone miktuba minn Emil Calleja Bayliss u kompożizjoni ta' Mark Spiteri Lucas rebħet il-kategorija tal-kantanti minn 11-il sena 'l isfel. Fit-tieni post ġiet Żarbuna Waħda ta' Kayleen Mercieca miktuba minn Rita Pace u mużika ta' Marco Debono segwita fit-tielet post minn M'Hemmx Kliem ta' Marija Djinovic fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Mark Spiteri Lucas.

Il-kanzunetta Tfixkluniex Tħawduniex ta' Katryna u Rihana bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Kaya rebħet il-kategorija tal-kantanti sa 15-il sena. Fit-tieni post ġiet Nixtieq kantata minn Rihanna Marie u miktuba minn Rita Pace u mużika ta' Marco Debono segwita minn Għażiż Pittur ta' Luana Schembri fuq kliem ta' Rita Pace u mużika ta' Mark Spiteri Lucas, fit-tielet post.

Nifirħu lil dawn il-kantanti bravissimi kollha u nittamaw li nerġgħu narawhom ixerrdu t-talent tagħhom ma ndumux! Prosit kbira mill-ġdid lid-dwett Katryna u Rihana, kif ukoll lit-tim mill-aqwa tagħhom Emil Calleja Bayliss U Kaya! Issa jmiss għada l-KKI fl-istess ħin fuq NET Television.

Trevor Solars - Medialink.com


Kyle Zarb