Inzertajtuha l-protesta taħraq li saret intom u għaddejjin ġewwa l-Belt? Mhux l-ewwel waħda li saret din is-sena, ħa ngħidu hekk, però ir-raġuni wara din il-protesta partikolari aktarx mhijiex dik li taħseb int!

Protest

Toi Toi

Il-programm teatrali Toi Toi qiegħed iħejji żewġ prestazzjonijiet tal-ispettaklu A Step Forward, wieħed li ser ikun qiegħed jgħaqqad żewġ drammi f’wieħed. Bħala parti mit-tematika li se tkun qed tiġi esplorata ġewwa dan l-ispettaklu, uħud mill-cast iddeċidew joħolqu protesta ċkejkna f’diversi nħawi fil-Belt Valletta, fejn fost oħrajn xandru messaġġi rigward id-drittijiet umani.

Protest

Toi Toi

Iż-żewġ drammi mhux biss se jkunu qegħdin jesploraw in-nies x’inhuma lesti jagħmlu għal kawża li jemmnu fiha, iżda saħansitra xi rwol jista’ jkollu l-ġeneru fil-perċezzjoni tagħna dwar in-nies. Filwaqt li l-ewwel dramm Forward to the Right huma mnebbaħ minn ħajjet Jeanne d’Arc, it-tieni wieħed, Step to the Left, huwa spirat mill-Greenham Common Women’s Peace Camp tas-snin 80, u nħoloq sabiex imur id f’id ma’ Forward to the Right.

L-ispettaklu ġej mill-pinna ta’ L.A. Green, filwaqt li d-direzzjoni se tkun f’idejn Neil Grima. Il-cast se jikkonsisti minn Eliza Aquilina, Clayton Mallia, Amy Grech, Martina Mifsud, Maxine Buttigieg Belli u Sarah Amato.

Aqtgħu l-biljetti minn hawnekk!

Toi Toi


Kurt Gabriel Meli