Raġel ta' 32 sena, li huwa editur f'Liverpool L-Ingilterra, irċieva l-invit biex jitlaqqam bil-vaċċin tal-Covid-19 meta ma kellu l-ebda kundizzjoni jew prijorità partikolari. Minkejja li kif qal hu stess lil BBC news, waqt il-lockdown żdied fil-piż, m'għandu xejn li jagħmlu vulnerabbli.

Ir-raġel hu twil biżżejjed biex il-BMI tiegħu ma jammontax għal 28,000. "Jien naqa' daqsxejn taħt il-kategorija ta' dawk li fihom kemmxejn, niżen madwar 17 u nofs stones sabiex u meta tikkombinaha ma' tul ta' 6.2cm, se jirriżultalek BMI ta' 28,000," qal is-Sur Thorp, li huwa editur politiku fil-gazzetta Liverpool Echo" Irrappurtaw dak li qal is-sit BBC news u hu kompla qal li malli raha stramba li bagħtu għalih, iddeċieda li jċempel u jiċċekkja ma jmurx kien hemm xi żball.

df

Ritratt: EPA

Fil-fatt kien żball fil-kalkoli li għamlu meta kitbu li hu twil 6.2 ċentimetri. Liam Thorp ta' 30 sena fehem li kien żball ġenwin u ċempel biss biex imur minfloku xi ħadd li huwa vulnerabbli jew għandu bżonn aktar minnu li jitlaqqam malajr.

Aqra aktar HAWN


Kyle Zarb