Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ ‘glycidyl fatty acid esters’.

‘Glycidyl fatty acids esters’ huma komposti li jistgħu jitkissru fil-passaġġ gastro-intestinali u jsiru ‘glycidol’. L-Awtorità tas-Sigurtà tal-Ikel fl-Ewropa (EFSA) ikkonkludiet li ‘glycidol’ huwa ġenotossiku u karċinoġenu.

  • Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Pure Vegetable Ghee
  • Ditta: Vita
  • Volum: Litru
  • Data tad-durabbiltà: 09.05.2024
  • Lott: PD: 09.05.2022 (C) / PN119
  • Oriġini: Turkija


Kyle Zarb