Il-virus tal-Covid-19 donnu ser jibqa’ jsib forom ġodda kif jitrasmetti ruħu.  Skont esperti mediċi fl-Ingilterra, il-varjant il-ġdid li qed jiġi msejjaħ id-‘Delta Plus’ jinfirex iktar faċli minn dak tad-Delta. 

Madankollu, s’issa m’hawn l-ebda evidenza li dan il-varjant jikkawża sintomi iktar gravi minn oħrajn.  Jidher illi t-tipi differenti ta’ vaċċin li jeżistu b’mod preżenti għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex jipproteġu l-poplu mill-imxija ta’ dan il-varjant. 

Ir-rata tat-tixrid tad-‘Delta Plus’ fl-Ingilterra hija ikbar minn ta’ dak ta’ qablu u jidher li għalkemm għadha fil-bidu tagħha, 6% tal-każi fl-Ingilterra huma ta’ dan il-varjant.

Meta ser nieqfu nisimgħu b’dawn il-varjanti ġodda?


Marija Bellia