Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u iktar tard permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih ingredjent li nstabulu livelli elevati ta' pyrrolizidine alkaloids.
Il-Pyrrolizidine Alkaloids huma grupp ta' tossini naturali sintetizzati bħala metaboliti sekondarji minn speċi ta' pjanti differenti. Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali bħala riżultat tal-preżenza tagħhom fil-katina alimentari. (Sors: EFSA Journal Vol 15, Issue 7 – Jul 2017)
- Isem tal-prodott fuq it-tikketta: Falafel di Ceci Biologici
- Ditta: Più Bene
- Dati tad-Durabilità: 17/11/2024 u 03/12/2024
- Lott: I06854 u I07285
- Użin: 150g