Ftit jiem ilu tfajla minn San Ġwann staqsiet għall-għajnuna hekk kif kienet tilfet il-mowbajl tagħha f'dawk fl-istess lokalità.

Fuq il-profil ta' Facebook hi għamlet appell mill-qalb fejn kitbet u talbet biex jekk jinstab I phone b'cover roża, javża minnufih. Aktar milli għall-mobile, dan kien fih xi ritratti ta' valur sentimentali li m'għandix back up tagħhom.

Fortunatament, irċivejna l-aħbar li l-mowbajl instab u b'hekk issa setgħet issalva r-ritratti u filmati tal-għażiża nanna tagħha li m'għadhiex magħna. It-tfajla bagħtet tirringrazzja lil kull min xerred l-artiklu u ta daqqa t'id biex jasal il-messaġġ. Tapprezza immens hekk kif tant kien importanti għaliha li ssalva r-ritratti u l-filmati sentimentali.

F'isimha nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom u talli xerridtu l-appell. 

gf


Kyle Zarb