Joseph Mangion il-Kapxi huwa raġel li seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin xhur ilu waqt l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent. Hu minn dejjem kien persuna maħbuba u MGT serva ta' pjattaforma biex juri l-karattru tal-ġenn pożittiv li għandu ma' Malta kollha.

Il-Kapxi kemm-il darba jaqsam xi ħaġa pożittiva u llum wassal tislija ħelwa mingħand missieru l-għażiż hekk kif mar iżuru. Malta's News Photos and People ġabu r-ritratt tal-Kapxi flimkien ma' missieru waqt iż-żjara li għamillu. Hu kiteb li jinsab tajjeb u anke xtaq jibgħat jirringrazzja lil kull min tant iżommu fi ħsiebu. 

F'isem it-tim ta' Gwida.mt ninsabu kuntenti li jinsab tajjeb u nsellu għalih minn hawn!


Kyle Zarb