Permezz ta’ filmat fuq il-paġni tal-midja soċjali tagħhom, Take//Two qasmu mas-segwaċi tagħhom l-ewwel trailer qasir tal-film Malti Castillo, li mill-ftit li nistgħu naraw fil-filmat tidher sew il-professjonalità u l-livell għoli ser inkunu nistgħu nsegwu f’dan il-film.
Huma kitbu, “araw l-ewwel trailer qasir tal-film tagħna Castillo. Gawdu l-mużika komposta minn Analise Mifsud bil-prestazzjoni ta’ The Abos Project for Festivals Malta, mmexxijja mill-bravissima Gillian Zammit. Grazzi kbira tmur lil Arts Council Malta u lil National Book Council Malta li ffinanzjaw dan il-proġett.”
Fost dawk kollha parti minn dan il-proġett insibu lil, “Simone Spiteri, Simone Zammit, Rachel Pecorella Genovese, Analise Mifsud, Francesca Scerri, Frida Cauchi, Daniela Carabott Pawley, Doneo Mark, André Mangion, Mark Mifsud, Rita Camilleri, Abigail Mallia, Carlos Debattista, Mirko Galea, Maria Rosa Thornhill, Maxime Durand, Erica Muscat, Francesca Zammit, Lee Wejza Farrugia, Gillian Zammit, Valletta Baroque Festival, Festivals Malta, Eden Cinemas.”
Facebook/Castillo - The Film