Il-paġna Covid19 Malta ħarġet iċ-ċifri ta’ kemm ingħataw multi għall-ksur tal-miżuri tal-Covid-19 fl-aħħar ġimgħa u għalfejn ingħataw.

Kien hemm 1261 persuna li ġew immultati fuq ksur tal-miżuri relatati fejn 784 qalaw il-multa għax kienu f’post pubbliku mingħajr il-maskra. 366 persuna inqabdu fi gruppi akbar minn kemm huma permessi, 92 persuna nqabdu f’residenzi fejn kienu preżenti nies aktar minn kemm hu permess bil-liġi u 13-il persuna kisru l-obbligu tal-kwarantina.

Sitt stabbilimenti kisru wkoll ir-regoli relatati għall-istabbilimenti.

Important li nibqgħu nżommu mal-miżuri ħalli b’hekk inkunu nistgħu nersqu iktar viċin lejn il-ħajja normali.

Facebook / Covid19 Malta


Henzley  Bezzina