Minn Ottubru li ġej, se jibda jixxandar programm televiżiv ġdid fuq TVM wara l-aħbarijiet tat-tmienja li se jiffoka kompletament fuq l-arti tar-reċtar, bl-isem ta' Rolling!

Il-programm huwa kreazzjoni ta' Take//Two u se jiġi ppreżentat minn Abigail Mallia u Carlos Debattista. Matul il-programm, se jaħdmu fuq kull aspett tar-reċtar. Iddeskrivewh bħala "game show reality b'daqsxejn ta' kompetizzjoni." Infatti, hemm premju kbir jistenna lir-rebbieħa!

Kull min għandu tmintax-il sena jew iktar u għandu mħabba għar-reċtar, kemm jekk hu stabbilit kif ukoll jekk għadu bla esperjenza, jista' japplika.

Min jixtieq jikseb iżjed informazzjoni, jista' jidħol HAWN.

Facebook & YouTube / Take//Two


Gwida.mt