Jinġabru €6,000 Wara Li Neil Agius U Fabio Spiteri Għomew 73 Kilometru F'12-il Siegħa

Bis-saħħa tal-maratona tal-għawm ta’ 12-il siegħa organizzata mill-atleti Neil Agius u Fabio Spiteri, inġabru total ta’ €6,000 għal Inspire Malta. 

L-atleti għomew 73 kilomteru f’temp ta’ 12 siegħa. Huma kitbu dwar kemm huma sodisfatti u kuntenti għal din il-maratona li kienet suċċess.





“Żewġ affarijiet li jagħmluni kuntent. L-ewwel hi li se nagħtu aċċess lil ħafna tfal biex jitgħallmu jgħumu. It-tieni ħaġa li tagħmilni ferħan hija kemm huma tal-għaġeb il-bnedmin meta ninġabru flimkien f’komunità u lkoll niġbdu ħabel wieħed biex niksbu xi ħaġa speċjali,” jikteb Neil. 



Fabio jitkellem dwar l-għan ta’ din is-somma sabiħa li nġabret. “Il-flus se jitqassmu lil tfal inqas privileġġjati biex jibdew il-lezzjonijiet tal-għawm u sessjonijiet ta’ terapija f’Inspire Malta għal tfal fi bżonn.”

Minn qalbna ngħidu prosit kbira lil Neil u Fabio għal dan il-ġest imprezzabbli!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI