Is-sena l-oħra Eman Azzopardi ddeċieda li b’risq il-moviment Hospice jimxi 45 kilometru f’jum għeluq il-45 sena tiegħu.  B’hekk inġabru għadd ta’ donazzjonijiet lill-fondazzjoni minn dawk li segwew il-vjaġġ tiegħu. 

 Din is-sena reġa’ għamel l-istess, bid-differenza li żied kilometru.  Minbarra li għamel din il-mixja tant diffiċli, hu ta donazzjoni ta’ bżonnijiet tal-ikel, ħwejjeġ u logħob ta’ tfal lil familji fil-bżonn.  

Fuq Facebook hu kiteb, “Għalkemm kbirt sena oħra, xorta għadni żagħżugħ fil-qalb.”

Eman qiegħed iħeġġeġ lill-poplu jagħti iktar donazzjonijiet.  Min-naħa tiegħu ser ikun qed jiġbor id-donazzjonijiet sal-aħħar tax-xahar permezz ta’ Revolut. 


Marija Bellia