Jimmy Choo ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fid-dinja tal-moda, ċertament li hu wieħed mill-akbar ismijiet f'din id-dinja u Marquita ta' The Wedding Bells kellha ċ-ċans uniku li tiltaqa' miegħu. Ma naħsibx li ħafna jkollhom dan iċ-ċans ngħiduha kif inhi. 

Ritratt: Facebook / Wedding Bells Valletta

Mhux talli iltaqgħet miegħu biss, talli wieħed ħa jkun jista' jsib l-ilbiesi tat-tieġ tiegħu ġewwa Malta wkoll! Naħseb dawk l-għarajjes kollha ħa jkunu interessati jaraw il-kollezzjoni ta' dan l-istilista li għal ħafna jitqies bħala ġgant f'din l-industrija.

Kien hemm min biex jiċċajta fuq il-post tagħha kiteb li ħa jerġa' jiżżewweġ biex ikolli l-esperjenza li jgawdi minn xi libsa tiegħu!  

Facebook / Wedding Bells Valletta


Emil Calleja Bayliss