Bjorn Formosa jidher li huwa fan tal-poker u żvela li qabel qabditu l-kundizzjoni tal-ALS kien jaħdem ġewwa każino, fejn dan kien l-ewwel xogħol tiegħu.

Bjorn qal li kien jammira ħafna lil dawk in-nies li jilgħabu l-poker u anke kien tgħallem jilgħab hu wkoll. Meta ġie organizzat tournament tal-poker b’risq DAR Bjorn huwa xtaq li jilgħab, imma minħabba l-fatt li ma jistax iċaqlaq idejh kellu jitlob lil Maria sabiex tgħinu. Bjorn kien ipespes f’widnejn Maria dwar x’mossa għandha tagħmel u għalkemm Maria qatt ma kienet lagħbet il-poker xorta waħda Bjorn spiċċa rebbieħ.

Dan l-episodju f’ħajjet Bjorn għandu jwassal sabiex ħadd ma jaqta’ qalbu minn xejn fil-ħajja u hu għadda dan il-messaġġ li kulħadd hu kapaċi jwettaq il-ħolm tiegħu.


Henzley  Bezzina