Jekk forsi qrajtu l-artiklu li ktibt xi ġimagħtejn ilu, mela tafu li Rodney Gauci kellu jiggradwa mill-Università ta’ Malta mill-Masters fil-Film Studies.
Iċ-ċerimonja fl-aħħar seħħet il-Ħamis li għadda. It-tfajla ta’ Rodney, Alexia Camilleri tefgħet fuq il-profil ta’ Facebook tagħha żewġ ritratti ta’ Rodney: wieħed li qed jirċievi ċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni u l-ieħor stessu ta’ Rodney biċ-ċertifikat!
Aħna bħala Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Rodney ta’ dan is-suċċess. Ma kinitx faċli żgur, speċjalment meta tqis il-proġetti kollha li hu nvolut fihom Rodney!
Facebook/Alexia Camilleri