Riċentament, The People of Malta xandru mas-segwaċi storja ohra interessanti ferm din id-darba ta’ James Gatt, persuna determinata ferm.

James Gatt kien proprju mistieden ġewwa Berlin il-Ġermanja f’waħda mill-aktar konferenzi kbar tal-Android fid-dinja. Din jisimha Droidcon. Xahar qabel tela’ għal din il-konferenza kien proprju għadu jagħmel l-eżamijiet tal-A Level tiegħu.

“Issa bdejt l-Universita', Computer Engineering. Ta' 8 snin kont ingħatajt tablet u kont kurjuż u frustrat għaliex dan it-tablet ma kienx qed jagħtini dak li nixtieq. Ta' 12-il sena mal-ewwel mobile, qbadt nesperimenta fil-programming tas-software tal-Android,” qal hu. “Ġieli anke mill-flus li naqla' kont nonfoqhom biex nixtri mobiles użati u nkun nista' nesperimenta u naħdem fuqhom,” żied jgħid.

Fl-aħħar temm jgħid “irrid nistudja, nieħu l-Edukazzjoni bħal kulħadd. Jekk għamiltha jien, Maltin oħrajn jistgħu jagħmluha.”

Awguri kbira għall-futur!

Facebook/The People of Malta


Charlton Cefai